L-attur Luke Perry, magħruf l-aktar għall-irwol tiegħu f’Beverly Hills 90210 u Riverdale, tilef ħajtu f’Los Angeles fl-età ta’ 52 sena.
Perry tilef ħajtu wara li tatu puplesija aktar kmieni din il-ġimgħa. It-tobba poġġewh f’koma bil-għan li jippruvaw isalvawh iżda sfortunatament xorta tilef ħajtu.
Perry tilef ħajtu mdawwar bil-familja u l-ħbieb tiegħu. Hu kiseb fama mondjali għall-irwol tiegħu f’Beverly Hills 90210, u kif ukoll għall-aktar irwol riċenti bħala Fred andrews fis-serje Riverdale fuq Netflix.
Hu ttieħed l-isptar l-Erbgħa fl-isptar f’Los Angeles, proprju fejn kienu qed jinġibdu xi xeni għas-serje Riverdale.