Ftit tal-ħin ilu waqt il-provi tat-tlielaq tal-MOTO2 tilef il-kontroll Luis Salom b’riżultat li tilef ħajtu.
L-inċident seħħ fit-trakka ta’ Barċelona fid-dawra numru 12 meta tilef il-kontroll, skidja u baqa dieħel dritt fil-ħajt. Salom, li kellu 24 sena, kien jagħmel parti mit-tim SAG.
Fuq il-post mal-ewwel isejjħu ambulanzi u ħelikopter sabiex jassistuh. Huwa ttieħed fl-isptar ġenerali ta’ Katalunja u saritlu operazzjoni iżda dan xorta ma rnexxilux iżomm lil Salom ħaj.
Huwa miet fil-16:55.
https://www.youtube.com/watch?v=sR4edWcqrNE