L-ex Segretarju tal-Affarijiet Barranin u Ministu għad-Difiża Ingliż Lord Carrington miet fl-età disgħa u disgħin sena.
Dak li meta staqsewh min kien l-aktar negozjatur diffiċli li qatt iltaqa’ miegħu, Carrington pront weġibhom, Mintoff ta’ Malta.
Lord Carrington għandu rabta ma’ pajjiżna.
Kien hu li f’isem il-Gvern Ingliż innegozja ma’ Mintoff u fl-elf disa’ mija tnejn u sebgħin ġie iffirmat ftehim li kien jara li f’Marzu tal-elf disa’ mija disgħa u sebgħin, l-Ingliżi jħallu darba għal dejjem il-bażi militari f’Malta.
Tas-snin li kien fadlilhom hawn Malta, l-Ingliżi kienu ntalbu jħallsu ferm aktar minn dak li kienu jħallsu qabel.
Erbatax-il miljun lira sterlina fis-sena.
Lord Carrington kien l-unika membru li kien fadal ħaj li serva fil-kabinett ta’ Winston Churchill.
Huwa kien irriżenja mill-Gvern ta’ Margaret Thatcher fl-elf disa’ mija tnejn u tmenin wara l-invażjoni tal-qawwiet Arġentini waqt il-gwerra tal-gżejjer tal-Falkland.
Lord Carrington anki serva bħala Segretarju Ġenerali tan-Nato, bejn l-elf disa’ mija erbgħa u tmenin u l-elf disa’ mija tmienja u tmenin.
Kelliem għal Gvern Ingliż wera s-sogħba għal mewt ta’ Carrington li ta servizz impekkabli lil pajjiżu.