Fl-għomor ta’ 114-il sena, ħalla din id-dinja Juan Vincente Perez Mora, l-ixjaħ raġel fid-dinja.
Ir-raġel mill-Venezwela kien missier ta’ 11, nannu ta’ 41, bużnannu ta’ 18 u u bużnannu ta’ 12.
Huwa għex iż-żewġ gwerer dinjin, kif ukoll l-pandemija tal-Covid-19, filwaqt li kien xahrejn ‘il bogħod milli jagħlaq 115-il sena.
Tul ħajtu, huwa ħadem bħala bidwi.
Fl-elfejn tnejn u għoxrin, Perez Mora ġie rikonoxxut mill-Guinness Book of Records bħala l-Ixjeħ Raġel tad-Dinja.