Tħabbret il-mewt tal-istilla tal-moda b’fama mondjali, Hubert de Givenchy, li hu magħruf sew għad-dehra li ħoloq għal Audrey Hepburn u Jackie Kennedy. Hu miet fl-età ta’ 91 sena.
Is-sieħeb tiegħu, Philippe Venet, li hu magħruf sew ukoll fid-dinja tal-moda, kkonferma din l-aħbar.
Givnechy kien magħruf ħafna madwar id-dinja fejn hu ħa l-fama wara li ħoloq libsa speċifika għal Audrey Hepburn magħrufa bħala, Little Black Dress, għal spettaklu ta’ Breakfast at Tiffany’s.