Qed ikun irraportat mill-midja Russa li l-aġent sigriet tal-Unjoni Sovjetika George Blake miet fl-età ta’ 98 f’Moska fir-Russja.
Huwa kien juża l-pożizzjoni li kellu bħala uffiċjal tas-Servizzi Sigrieti Ingliżi, l-MI6 biex jgħaddi l-informazzjoni lill-Unjoni Sovjetika.
Fuq medda ta’ disa’ snin huwa għadda informazzjoni li wasslet biex inkixfu minn tal-inqas erbgħin aġent tal-MI6.
F’intervista li kellu mal-BBC fl-1990 huwa kien stqarr li jistma li tradixxa mal-500 aġent. Huwa jibqa’ magħruf għal ħarba tiegħu minn ħabs f’Londra fl-1966.