L-iqsar raġel fid-dinja, Khagendra Tapa Magar miet fl-età ta’ 27 sena.
Khangendra twieled fl-14 t’Ottubru 1992 fin-Nepal, iben Roop Bahadur u Dhan Maya. Huwa ġie rrikonnout bħala l-iqsar persuna fid-dinja fl-2010, fl-età ta’ 18 sena, fejn qabeż ir-rekord ta’ Edward Hernandez mill-Kolombja.
Sħab Khangendra qalu kif huwa kien ibati minn problemi tal-qalb u miet il-Ħamis li għadda fl-Isptar ta’ Manipal fin-Nepal.