Tilef ħajtu Sammy Bartolo, il-missier Għawdxi ta’ 51 sena minn Għajnsielem li waqa’ għoli ta’ sular meta kien qed jagħmel xi xogħol fuq saqaf ta’ residenza privata u għal xi raġuni ċeda.
L-inċident seħħ fit-tmienja ta’ Awwissu li għadda fi Triq Malta, Għajnsielem stess.
Fuq il-post immedjatament kien issejjaħ tim mediku u l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu, u ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura fejn iktar tard kien ġie trasferit għall-Isptar Mater Dei.
Il-Maġistrat Simone Grech kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.