Miet l-ex Prim Ministru tal-Indja, Atal Behari Vajpayee fl-età ta’ 93 sena.
Vajpayee serva bħala Prim Ministru tal-Indja bejn l-1998 u l-2004 u jibqa’ mfakkar li ġġieled għal interessi ta’ pajjiżu.
Vajpayee twieled fl-1924, studja il-politika u daħal jaħdem bħala ġurnalist. Fl-istess żmien, huwa kien parti minn ‘Quit India Movement’, li kien moviment biex l-Indja tieħu l-Indipendenza mill-Kolonja Ingliża.
Kien elett għall-ewwel darba fil-Parlament Indjan fl-1957 meta huwa 32 sena. Serva bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin bejn l-1977 u 1979, taħt il-Prim Ministru Morarji Desai.
Fl-1996, il-partit fil-gvern tilef il-maġġoranza u l-Partit Bharatiya Janata kellu l-maġġoranza fil-Parlament. Vajpayee kien mitlub kien jifforma l-Gvern iżda rreżenja wara 13-il ġurnata minħabba fazzjonjiet differenti li kien hemm.
Sentejn wara fforma koalizzjoni li kienet magħrufa bħala l-Alleanza Demokratika Nazzjonali u sar Prim Ministru tal-Indja. Ftit ġimgħat wara li fforma dan il-Gvern saru l-ewwel testijiet nukleari – l-ewwel darba mill-1974. Din l-azzjoni żiedet il-popolarita ta’ Vajpayee iżda din żiedet il-biża’ ta’ pajjiżi ġirien fosthom il-Pakistan.
Fl-elezzjonijiet tal-2004, il-Partit Bharatiya Janata u l-alleati tagħhom kienu mistennija li jerbħu l-elezzjoni ta’ dik is-sena iżda konna kull mistenni l-Partit tal-Kungress rebħu din l-elezzjoni. Din fissret it-tmiem tal-karriera politika ta’ Vajpayee wara iktar minn 40 sena fil-politika Indjana.