Tħabbret il-mewt tal-ex president tal-Malta Billiards & Snooker Association Frans Buġeja, fl-eta’ ta’ 88 sena.
Buġeja ta kontribut ta’ 50 sena lill-isport tal-Billiards u s-Snooker f’pajjiżna u għen sabiex din il-logħba tkompli tikber u tikseb aktar suċċessi fix-xena internazzjonali.
L-assoċjazzjoni Maltija tal-Billiards u Snooker sellmet lil Frans Buġeja għal kontribut li ta. Kontribut li għamlu b’passjoni, integrita’ u tjubija.
Lejn tmiem il-presidenza tiegħu ftit tas-snin ilu, Buġeja ra l-ħolma tiegħu u ta’ kull dilettant tas-Snooker issir realta’, il-ftuħ tal-Akkademja tas-Snooker fil-Ħamrun.
Wara li temm it-terminu tiegħu ta’ president, inħatar bħala president onororarju tal-istess assoċjazzjoni.
Il-ġurnalisti sportivi ta’ ONE iwasslu l-kondoljanzi lill-familjari ta’ Frans Buġeja.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/09103739/151232711_10220589169013371_2161708477215730802_n-1024x666.jpg)
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2025/02/09103748/82207031_2673111849450483_5565573026231091200_n-1024x768.jpg)