Tħabbret il-mewt ta’ Charles Massa li kien l-ewwel Kaptan Malti li tajjar ajruplan tal-Air Malta. Kien fit-8 ta’ Ottubru tal-1985 meta ajruplan tal-Air Malta ħalla pajjiżna fitriqu lejn l-ajuport ta’ Gatwick fl-Londra. huwa Dakinhar il-Kaptan Massa kellu biss 31 sena.
Meta fis-sebgħinijiet twaqqfet il-linja nazzjonali ta’ Malta, Air Malta ta’, il-kumpanija kellha Kaptana barranin filwaqt li bdiet tħarreġ dawk Maltin
Dan għaliex dak iż-żmien l-Kaptana kienu kollha barranin u s-Sur Massa kienet jitħarreġ magħhom.
Is-Sur Massa għamel 41 sena jaħdem mal-Air Malta fejn 31 sena minnhom għamilhom bħala Kaptan. B’kollox għamel 25,000 siegħa fl-ajru fejn għal 8,000 darba tella’ u niżżel ajruplan tal-Air Malta. L-aħħar titjira tiegħu kienet KM 612, minn Malta għal Ruma u lura fil-5 ta’ Mejju 2016.
Intant, fi stqarrija l-Air Malta sellmet il-memorja tal-Kaptan Charles Massa.