Kmieni dalgħodu miet l-eks sindku tal-Isla Louis Henwood. Huwa miet fl-età ta’ 79 sena.
Ftit tal-jiem ilu, x-xewqa tal-eks-sindku nbidlet f’realtà hekk kif ltaqa’ għall-ewwel darba mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’Kastilja. Henwood serva bħala sindku għal tliet snin bejn l-1997 u l-1999 filwaqt li kien kunsillier f’isem il-Partit Laburista bejn l-2005 u l-2008.
Henwood ġie deskritt bħala raġel maħbub sew mill-komunità tal-Isla minkejja li huwa kien mill-Belt. Magħruf ukoll ma’ dawk il-ħaddiema li kienu jaħdmu l-Port hekk kif ħadem għal snin twal bħala kaptan tal-laneċ. Fl-aħħar żmien, l-eks Sindku kien qed jiġi rekoverat fl-isptar Karin Grech u San Vinċenz.