Tħabbret il-mewt tal-eks Sindku tal-Imqabba, Nicky Briffa.
Huwa kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-Kumitat Lokali tal-Imqabba.
Briffa kkontesta għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali l-ewwel darba fl-2009, fejn kien ġie elett fl-ewwel count.
Huwa serva wkoll għal diversi snin fi ħdan l-istazzjon ONE.
Flimkien ma’ martu Gina, huwa kellu żewġt itfal, Aldo u Aaron.
Il-Prim Ministru Robert Abela sellem il-memorja ta’ Nicky Briffa u rringrazzjah għall-kontribut kbir li ta bħala sindku, lejn il-Partit Laburista u l-istazzjon ONE.
Intant, il-Partit Laburista sellem il-memorja ta’ Nicky Briffa, persuna li ħadem qatigħ għall-Partit Laburista u fl-istazzjon ONE b’tant lealta’ u bi twemmin sod.
Il-Partit Laburista qal li Nicky ta kontribut kbir fil-komunita fejn għal diversi snin serva wkoll bħala Sindku u se jibqa’ mfakkar għas-sens ta’ altruwiżmu u umiltà tiegħu.
Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mal-Partit Laburista jagħti l-kondoljanzi sinċiera lill-familja kollha.