Gejtu Tanti, l-eks President tal-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), illum UĦM – Voice of the Workers, miet nhar il-Ħamis 21 ta’ Awwissu fl-għomor ta’ 66 sena.
Tanti, li twieled fil-Ħamrun fl-1957, ingħaqad mal-UĦM fl-1976 fejn stinka sakemm laħaq il-kap tal-istess unjin f’Mejju tal-1998 fejn għamel 13-il sena sakemm irtira mit-trejdunjoniżmu u reġa’ ngħaqad mas-Servizz Pubbliku fl-2011.
Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Tanti kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU), Josef Bugeja, li ddeskrivih bħala l-“idolu” tiegħu fil-qasam trejdunjonistiku. Bugeja qal li Tanti “kien ġentlom u semmiegħ tajjeb. Kien ġgant fit-trejdunjoniżmu u għandi biss kliem ta’ tifħir għalih.”
Il-funeral ta’ Gejtu Tanti ser jsir is-Sibt 23 ta’ Settembru fil-Knisja ta’ Santa Venera fis-1:30 ta’ waranofsinhar.