Illejla tħabbret il-mewt tal-eks President tal-Kummissjoni Ewropea, il-Franċiż, Jacques Delors fl-età ta’ 98 sena.
Delors, li kien President tal-Kummissjoni Ewropea bejn l-1985 u l-1995 u kien deskritt bħala l-arkitett tal-Unjoni Ewropea moderna, hekk kif għen biex iseħħ is-suq uniku, li flimkien magħha kien hemm il-moviment ħieles tal-persuni, merkanzija u servizzi fil-bloc Ewropew.
Bejn l-1979 u l-1981, huwa kien Membru Parlamentari Ewropew, fil-leġiżlatura meta dawn il-membri ġew eletti mill-poplu għall-ewwel darba.
Bejn l-1981 u l-1984, Jacques Delors kien ukoll Ministru għall-Finanzi Franċiż, taħt il-President Francois Mitterrand.