L-eks president tal-Alġerija Abdelaziz Bouteflika miet fl-għomor ta’ 84 wara. Huwa kien sar president fl-1999 wara li l-gwerra ċivili, li fiha mietu kważi 200,000 persuna.
Bouteflika mexxa l-pajjiż għal kważi għoxrin sena. Huwa rrinunzja mill-kariga fl-2019 hekk kif it-tħabbira li huwa interessat li jagħmel il-ħames mandat tiegħu qajmet protesti kbar fit-toroq.
L-eks president kellu rwol ewlieni fil-gwerra għall-indipendenza minn Franza fis-snin 50 u 60. Filwaqt li fl-1974, meta kien president tal-assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Maqgħuda, kien stieden lill-mexxej Palestinjan Yasser Arafat biex jindirizza l-assemblea. Din il-mossa kienet waħda bla preċedent u revoluzzjonarja.
Bouteflika ma baqax jidher fil-pubbliku hekk kif tatu puplesija fl-2013 li affetwatlu l-mobbiltà fost oħrajn.