Tħabbret il-mewt tal-eks Kunsillier Laburista tal-Mosta, Joseph Howard.
Fuq Facebook, il-Kunsill Lokali tal-Mosta sellem il-memorja ta’ Joseph Howard.
Hawnhekk intqal li minbarra l-karriera tiegħu fil-korp tal-Pulizija, huwa dejjem ħadem fil-komunita Mostija sa minn eta żgħira.
Ix-xahar li għadda, Joseph Howard ingħata r-rikonoxximent Ġieħ il-Mosta.
Il-Kunsill Lokali tal-Mosta rringrazzja lil Joseph Howard għal dak kollu li ta l-Mosta u l-Mostin.
Fost dawk li sellmu l-memorja ta’ Joseph Howard kien hemm id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef.