Miet l-eks deputat Laburista George Gatt li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 77 sena. Gatt kien kandidat f’diversi elezzjonijiet u deputat parlamentari f’għadd ta’ leġiżlaturi. Serva wkoll fuq numru ta’ bordijiet pubbliċi fi żmien Prim Ministri differenti.
Gatt beda wkoll negozju tal-familja li għamlu wieħed mill-kuntratturi ewlenin fl-oqsma tal-kostruzzjoni u l-infrastruttura. Prim Ministru Laburisti differenti fdawh b’karigi f’numru ta’ bordijiet.