Tħabbret il-mewt ta’ Sam Delceppo, awtur ta’ bosta radju drammi, sensiliet u programmi għar-radju u t-televiżjoni. Huwa jibqa’ magħruf l-aktar għas-sensiela televiżiva ‘Fredu l-Fra’.
Huwa kien pensjonant imwieled Bormla, miżżewweġ b’żewġt itfal.
Huwa kien kiteb tliet rumanzi, għadd ta’ novelli u xogħlijiet li ġew ippublikati f’Malta fejn anke xxandru fuq ir-radju fl-Awstralja. Bħala sensiliet televiżivi, barra Fredu l-Fra kien ukoll kiteb ‘Sptar San Valentinu u Imbierek il-Għażż’.
Apparti li kien jikteb, Sam Delceppo kien ukoll attur tal-palk u f’bosta radjudrammi li kiteb jew ipproduċa hu stess għar-Rediffusion.
One News jibgħat il-kondoljanzi lill-familjari u qraba tiegħu.