L-attur veteran Malti Vanni Riolo miet fl-età ta’ 89 sena. Minbarra li kien protagonisti f’ħafna teledrammi u radjudrammi lokali, ħadem ukoll fi produzzjonijiet internazzjonali bħall-film ‘Treasure in Malta’ tal-1963 u anke maġenb l-attur ċelebri Jean Claude Van Damme fi ‘Black Eagle’ tal-1988, li nġibed f’pajjiżna.
Riolo ħadem ukoll biex tissaħħaħ il-lingwa Maltija, speċjalment bħala parti mill-Moviment Qawmien Letterarju fis-snin sebgħin.
Fuq il-Media Soċjali tpoġġa wkoll messaġġ ta’ tifkira mill-ministru Owen Bonnici.
I have just been informed that the famed Maltese actor Vanni Riolo passed away, aged 89.
— •Owen Bonnici (@OwenBonnici) January 6, 2025
He will be remembered for the seminal work he did in the world of theatre and, in particular, for how he managed to bring together his two loves: that of art and media.
Rest in peace Vanni. pic.twitter.com/lXzFvj7aoi