Miet l-attur popolari tal-films Austin Powers – Verne Troyer – fl-eta ta’ disa u erbgħin sena. Huwa kien magħruf sew għal parti ta’ ‘Mini – Me’ fl-istess films.
Troyer kien twil żewġ piedi u tmien pulzieri u ħa sehem ukoll fil-parti ta’ Griphook fil-film ta’ Harry Potter.
Barra minn hekk Troyer ħa sehem f’ diversi films u reality shows oħra fosthom ‘Celebrity Big Brother’ fir-Renju Unit fl-elfejn u disgħa.
Matul ħajtu għaddha minn diversi problemi ewlenin fosthom ta’ saħħa li rnexxielu jgħeleb b’ determinazzjoni.