L-attur Taljan li kien jagħmel il-vuċi oriġinali tal-pingwin Pingu, tas-sensiela bl-istess isem popolari ħafna mat-tfal, miet fl-età ta’ 85 sena.
Carlo Bonomi, li interpreta bosta vuċijiet fi programmi u reklami ewlenin, ħalla din id-dinja f’Milan nhar is-Sibt.
Il-vuċi tiegħu kienet użata wkoll biex isiru l-avviżi fl-Istazzjon Ċentrali ta’ Milan.
Bosta kienu dawk li, fuq il-midja soċjali, tkellmu dwar il-legat ta’ Bonomi u dwar kemm nissel tbissim fuq fomm nies ta’ kull età.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Filmat: Pingu – Official Channel