Joe Debono, attur komiku u kittieb, ħalliena fl-età ta’ 63 sena.
Kien ħu Joe, Louis li ħabbar il-mewt ta’ Debono.
Qal li ħuh ħalla ħafna imħabba, ġid u tbissim.
Joe Debono marad bl-ALS is-sena l-oħra.
Huwa rċieva l-għajnuna minn Dar Bjorn permezz ta’ ALS Malta.
Fil-fatt il-fundattur ta’ ALS Malta, Bjorn Formosa sellimlu u rringrazzjah ta’ kemm għallmu f’dawn l-aħħar xhur.
Sa xahar ilu, Joe Debono kien biswit Bjorn Formosa jimbotta l-kawża għall-bini ta’ dar ikbar biex nies bl-ALS fost oħrajn, jirċievu l-għajnuna.
Inqas minn ġimagħtejn ilu, Joe Debono rċieva rikonoxximent minn idejn il-President ta’ Malta George Vella.
Dan hekk kif waqt pandemija huwa kien jaqra l-kotba lill-anzjani u b’hekk iżommilhom kumpanija.
Joe Debono jibqa’ magħruf ukoll għas-sehem tiegħu f’diversi produzzjonijiet fuq ix-xandir, bil-karattru tiegħu ta’ James Bondin fil-programm Xarabank jibqa’ dak li ħalla marka bih.
Minn mument leġġer u ftit inqas, li kellu mal-Perit Mintoff waqt programm, għall-kanzunetti li kien jikteb hu stess.