Tħabbret il-mewt tal-attur Joe Ciappara li ftit tal-ġimgħat ilu rajnih fuq ONE fis-sensiela ‘Prezz l-Imħabba’. Fuq ONE Joe kien deher ukoll fis-sensiela komika ‘Għaqda Għoqda’.

Joe kellu 77 sena u bosta li ħadmu miegħu ddeskrivewh bħala persuna umli, ferrieħ u dejjem disponibli għall-produzzjonijiet li ħadem fihom
One.com.mt jagħti l-kondoljanzi lill-familjari u qraba kollha.