Astronawta li kien parti mit-titjira famuża waqt missjoni spazjali miet. Michael Collins kien wieħed fost tliet astronawti li marru fuq il-missjoni Apollo 11, famuża ferm għall-missjoni li kienet ta’ suċċess fl-1969.
Għall-kuntrarju ta’ Neil Armstrong u Buzz Aldrin, Collins qatt ma mexa fuq il-qamar hekk kif kien baqa’ abbord u ħa ħsieb il-missjoni.
Minħabba f’hekk, jitqies bħala “l-astronawta minsi.”
Collins kien fi ġlieda kontra l-kanċer fejn qatta’ l-aħħar jiem ta’ ħajtu mdawwar minn familtu.