Miet l-anzjan ta’ 69 sena, mill-Imġarr, li nqabad f’mutur tal-ħart, fil-limiti ta’ Fomm ir-Riħ, fl-Imġarr.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:15, u membri mill-Protezzjoni Ċivili u tim mediku kienu minn tal-ewwel fuq il-post biex jassistu lill-anzjan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa ittieħed l-Isptar Mater Dei, iżda tilef ħajtu ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Rachel Montebello ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.