Fl-età ta’ 82 sena miet l-Astronawta Gene Cernan – li huwa l-aħħar raġel li mexa fuq il-qamar.
Cernan kien wieħed mit-tliet persuni li telgħu fuq il-Qamar darbtejn, u l-aħħar wieħed li ħalla l-passi tiegħu proprju fl-elf disa’ mija tnejn u sebgħin.
Huma tnax –il persuni li mxew fuq il-Qamar, u sitta minnhom biss għadhom ħajjin.
Fi stqarrija, il-familja tal-Astronawta Amerikan qalu li ħalla din id-dinja wara kwistjonijiet ta’ saħħa, iżda ma tawx iżjed dettalji.
Qalu li anki fl-età li kellu kien jitkellem dwar dak li kiseb f’ħajtu b’passjoni, u dejjem kien jesprimi x-xewqa li jara żgħażagħ jitħajru jkomplu jesploru l-ispazju.
Ma kinitx darba jew tnejn li nkoraġixxa lil bosta biex ma jħalluhx ikun l-aħħar raġel li qatt mexa fuq il-Qamar.
Huwa tela fuq il-qamar darbtejn – fl-elf disa’ mija sitta u sittin, u fl-elf disa’ mija disgħa u sittin.
Il-mewt ta’ Cernan tħabbret ġimgħat biss wara li tilef ħajtu Awstronawta ieħor tan-NASA, John Glenn.