Diversi uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija stazzjonati fir-Rapid Intervention Unit qed jibku t-telfa tal-kelb German Sheperd li qeda dmiru fil-Korp tal-Pulizija u kien ta’ wens u kumpanija għal dawn l-uffiċjali.
Fuq is-sit soċjali facebook diversi uffiċjali sellmu l-memorja ta’ dan il-kelb li kien inġib fil-kwartieri tagħhom f’Ta’ Kandja mill-Maġġur Nicolai Farrugia. Huma qalu li sa mill-ewwel jum bdew iħobbu lil dan il-kelb, li fissru bħala ġgant ġentili.
Il-kelb miet l-Erbgħa filgħodu u mill-kummenti fuq facebook jidher li l-imħabba lejn dan il-kelb kienet bla qies. Il-Kelb kien ingħata lill-Pulizija minn familja, u kien ilhu għal dawn l-aħħar ħames snin jgħasses il-kwartieri tal-RIU f’Ta’Kandja.
Il-kawża ewleniija tal-mewt ta’ Kimmi kien il-kanċer.