Il-Kardinal George Pell, li l-kundanna tiegħu fuq akkużi ta’ abbuż fuq it-tfal ixxukkjat lill-Knisja Kattolika, miet fl-eta ta’ 81 sena. L-eks teżorier tal-Vatikan huwa l-kjeriku Kattoliku fl-ogħla grad tal-Awstralja, u l-aktar persuna anzjana tal-Knisja li qatt intbagħat il-ħabs għal reati bħal dawn.
Hu miet b’kumplikazzjonijiet fil-qalb wara operazzjoni fil-ġenbejn. Il-Kardinal Pell serva bħala Arċisqof kemm ta’ Melbourne kif ukoll ta’ Sydney qabel sar wieħed mill- assistenti tal-Papa. Huwa ġie msejjaħ Ruma fl-2014 biex jaħdem fuq il-finanzi tal-Vatikan, u spiss kien deskritt bħala t-tielet uffiċjal tal-Knisja.
Iżda l-kleru ħalla l-kariga tiegħu fl-2017, u mar lura l-Awstralja biex jiffaċċja proċess fuq akkużi ta’ abbuż sesswali tat-tfal.
Ġurija fl-2018 sabet li kien abbuża minn żewġ subien waqt li kien Arċisqof ta’ Melbourne fid-disgħinijiet. Il-Kardinal Pell, li dejjem insista dwar l-innoċenza tiegħu, qatta’ 13-il xahar ħabs qabel ma l-Qorti Għolja tal-Awstralja annullat il-verdett fl-2020.
Madankollu kawża ċivili – mibdija minn missier tifel li l-prosekuturi allegaw li abbuża mill-Kardinal Pell – għadha għaddejja.
Sadanittant, inkjesta importanti sabet li kien jaf bl-abbuż sesswali tat-tfal minn qassisin fl-Awstralja sa mis-snin sebgħin iżda naqas milli jieħu azzjoni. Il-Kardinal Pell ċaħad din l-allegazzjoni, u saħaq li “mhix sostnuta minn evidenza”.