Tħabbret il-mewt tal-eks Prim Imħallef John Joseph Cremona, fl-età ta’ mija u sentejn.
Cremona kien qed iservi ta’ avukat ġenerali fiż-żmien fejn Malta kienet qed tinnegozja l-Indipendenza minn mar-Renju Unit, u abbozza l-kostituzzjoni tal-1964. Huwa kien ukoll l-ewwel Imħallef Malti li serva fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fi Strasburgu, u eventwalment sar viċi-president. Cremona mexxa wkoll il-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali.
Apparti xogħlu fil-Qorti, l-eks Prim Imħallef kien ukoll awtur espert tal-istorja u poeta. Fil-fatt, il-poeżiji tiegħu nqraw anki mir-Reġina Eliżabetta t-tieni.
Cremona kien attiv ukoll fis-soċjetà ċivili, fejn mexxa l-Assoċjazzjoni tal-Infermiera tad-Distrett Memorjali tal-Malta, il-gruppi ta ‘St John Ambulance’ u Friends of Attard Hospital, u serva wkoll bħala president tal-Alliance Francaise.
Fost il-ħafna unuri ngħatawlu kien hemm dak ta’ Kumpann tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Maltija, Kavallier tal-Leġjun tal-Onorat, Kavallier Grand Cross tal-Ordni tal-Mertu Taljan, u Kavallier tal-Ordni ta’ Malta.
L-għada tal-Milied u mal-aħbar ta’ mewtu, bosta sellmu lill-eks Prim Imħallef. Fi stqarrija l-Gvern irringrazzjah tas-sehem imprezzabbli li ta fil-qasam legali, b’mod partikolari fl-oqsma kostituzzjonali u amministrattivi. Fuq Twitter, il-Prim Ministru Robert Abela ddeskriva lil Cremona bħala l-gwardjan tal-kostituzzjoni.
Il-funeral ta’ John Joseph Cremona se jsir bhar l-Erbgħa li ġej fid-disgħa u nofs ta’ filgħodu f’Ħal Tarxien.
I salute Chief Justice Emeritus JJ. Cremona following news of his demise – one of the brightest legal minds this country has ever produced & a true guardian and custodian of our constitution – sincere condolences to his family – RA
— Robert Abela (@RobertAbela_MT) December 26, 2020