Tħabbret il-mewt ta’ Jake Vella, fl-età ta’ 15-il sena.
Fl-aħħar sena u disa’ xhur huwa kien jinsab rikoverat l-Isptar Mater Dei minħabba l-kundizzjoni rari li kellu magħrufa bħala ROHHAD.
Jake Vella jibqa’ magħruf għad-determinazzjoni tiegħu, għaliex minkejja l-problemi reltati ma’ saħħa, dejjem baqa’ għaddej bil-kampanji tiegħu u bl-attività sportiva.
Waqt il-kampanja ‘Rigal bi Mħabba’ lil Jake rajnih jieħu l-inizjattiva mill-Isptar stess, fejn ġabar prodotti tal-ikel għall-annimali.
Fost l-eluf li sellmu l-memorja tiegħu hemm il-Prim Ministru Robert Abela u martu Dr. Lydia Abela.
Robert Abela saħaq kif Jake ħalla impatt fuq bosta nies u li dejjem kien ħsiebu biex jgħin lil ħadieħor aktar milli jfittex l-għajnuna għalih innifsu, dan filwaqt li Lydia Abela tenniet li Jake huwa żagħżugħ straordinarju li se tibqa’ tiftakru għall-altruwiżmu bla tarf li wera matul ħajtu.