Tilef ħajtu, l-Isqalli ta’ 29 sena, li ġimgħa ilu kien kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marfa, fil-Mellieħa.
Carmelo Tornabene ġie ddikjarat mejjet fl-isptar Mater Dei wara li sofra ġrieħi serji u ddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
L-inċident seħħ meta Ingliż ta’ sitta u tletin sena minn San Pawl il-Baħar, kien qed isuq fid-direzzjoni taċ-Ċirkewwa u għal xi raġuni, tilef il-kontroll, tela’ fuq is-centre strip, u spiċċa fuq in-naħa l-oħra tat-triq.
Dan bil-konsegwenza li ħabat fil-karozza tal-Isqalli li kien qed isuq lejn il-Mellieħa.
Iż-żewġ sewwieqa ttieħdu l-Isptar Mater Dei, bit-Taljan ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li l-Ingliż weġġa’ ħafif.