Iż-żagħżugħ Franċiż ta’ 24 sena li fis-17 t’Awwissu li għadda kien idaħħal l-isptar fil-periklu tal-mewt wara li qabeż minn fuq dgħajsa ġie ċertifikat mejjet ftit tal-jiem ilu.
Dakinhar, waqt li qed jaqbeż minn fuq id-dgħajsa huwa ħabat rasu bil-konsegwenza li ntilef minn sensih ġol-ilma fil-bajja ta’ San Ġorġ.
Minkejja t-tentattivi kollha li saru mit-timijiet mediċi fuq il-post u fl-isptar Mater Dei huwa ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-jiem wara fit-taqsima tal-kura intensiva tal-isptar Mater Dei.
Dwar dan il-każ kienet inħatret inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Yana Micallef Stafrace.