Tilef ħajtu ż-żagħżugħ ta’ 22 sena wara ġimgħatejn jissielet għal ħajtu wara li waqa’ madwar ħames sulari fil-Gżira.
Il-każ seħħ fl-14 ta’ Diċembru għall-ħabta tad-9:30 fi Triq il-Madonna tal-Ġebla fil-Gżira meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ, li hu Sirjan, li kien waqt xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni waqa’ madwar ħames sulari għoli bil-konsegwenza li spiċċa f’xaft wiċċu ‘l isfel.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu liż-żagħżugħ u jtellgħuh minn fejn kien u kif ukoll ambulanza li ħaditu l-isptar Mater Dei biex jingħata l-kura meħtieġa fejn qatta’ ġimgħatejn fil-kura intensiva.
Sfortunatament hu tilef ħajtu llum kawża tal-ġrieħi li ġarrab.