Iż-żagħżugħ Olandiż ta’ 25 sena li l-ġimgħa li għaddiet waqa’ minn għoli ta’ madwar sular fil-bajja ta’ Spinola.
Dan l-inċident seħħ fis-sigħat bikrin tas-16 ta’ Ġunju. Wara lejl ta’ divertiment f’Paceville, ż-żagħżugħ li kien f’pajjiżna għal vaganza, kien miexi lejn il-Bajja ta’ Spinola u waqa iserraħ ma’ ħadid. Huwa spiċċa tilef il-bilanċ u dan wassal biex il-ġuvni waqa’ għal isfel. Huwa mifhum li kawża tal-impatt, iż-żagħżugħ tilef ħafna demm.
Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura u kien qed jinżamm ħaj bil-magni. Qed jiġi irrapportat li lbieraħ filgħaxija ngħatat l-awtorizazzjoni mill-ġenituri biex il-magni jintfew u ġie ddikkjarat mejjet.
Bil-mewt ġiet infurmata l-Maġistrat Gabriella Vella li qed tmexxi l-inkjesta b’rabta ma’ dan il-każ.