Miet iż-żagħżugħ Sirjan li l-Ħamis li għadda waqa’ minn għoli ta’ madwar sular waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fir-Rabat.
Dalgħodu l-Pulizija ħabbret li ż-żagħżugħ ta’ 26 sena li kien joqgħod Bormla, tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei.
L-inċident seħħ fit-13 ta’ Lulju, għall-ħabta tal-ħamsa u nofs ta’ filgħaxija fi Triq Alessandro Curmi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta waqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.