Qed ikun irrapportat li miet Tony Gauci, ix-xhud ewlieni ta’ Lockerbie.
Jidher li Gauci li jgħix is-Swieqi miet b’kawżi naturali. Gauci kien il-bniedem li qal li Abdelbaset al Megrahi kien xtara l-ħwejjeġ mill-ħanut tiegħu f’Tas-Sliema. L-istess ħwejjeġ li nstabu mal-isplussiv fl-ajruplan li qatel 270 persuna fil-belt Skoċċiża ta’ Lockerbiet f’Diċembru tal-1988.
Minkejja dan matul is-snin il-verżjoni ta’ Gauci tpoġġiet f’dubju minn investigturi u anke produzzjonijiet ġurnalsitiċi li nvestigaw il-każ. Pubblikament, Gauci dejjem żamm fommu mitbuq dwar il-każ li għadu jkun qed ikun investigat u kontestat legalment minn min jemmen li hemm verita oħra u li Al Megrahi ma kienx il-ħati.