Imut is-Sultan tal-Oman, Qaboos bin Said Al Said fl-għomor ta’ 79 sena. Is-Sultan miet il-Ġimgħa bl-aħbar ġiet imħabbra mill-Qorti Rjali tal-Oman. Skont rapport fil-midja barranija, huwa kien qed jiġi trattat għall-kanċer.
L-Oman iddikjara tliet ijiem tal-luttu nazzjonali. Is-Sultan ma kienx miżżewweġ u għalhekk ma hemmx il-werriet tat-tron, għalhekk fi żmien tliet ijiem, skont l-istatut, il-Kunsill tal-Familja Rjali għandhom jagħżlu s-suċċessur ta’ bin Said Al Said.
Is-Sultan, kien neħħa lil missieru mill-kariga ta’ Sultan biex ħa postu permezz ta’ kolp ta’ stat imdemmi bl-għajnuna tal-Brittaniċi fl-1970.