Is-sewwieq popolari tat-tlielaq tal-karozzi, Ken Block ta’ 55 sena miet f’inċident li kellu waqt li kien qed isuq snowmobile. L-inċident seħħ waqt li hu kien nieżel nieżla wieqfa u għal xi raġuni nqeleb, bl-isnowmobile tispiċċa fuqu.
B’xorti ħażina huwa ġie ddikjarat mejjet fuq il-post kawża tal-ġrieħi serji li ġarrab. Huwa kien qed isuq ma’ grupp ta’ nies, iżda kien waħdu fil-mument tal-inċident.
Block, missier ta’ tliet itfal, beda l-karriera tiegħu fl-2005 u rebaħ diversi medalji tar-rallycross. Huwa se jibqa’ mfakkar għat-talent li kellu fis-sewqan u li fil-fatt kiseb aktar popolarità fuq l-internet bil-manuvri li kien jagħmel.