Żejtuni ta’ 45 sena tilef ħajtu wara li sofra ġrieħi serji meta l-għada tal-Milied waqa’ madwar ħames filati minn fuq sellum fil-power station ta’ Delimara.
L-inċident kien seħħ għall-ħabta tat-15:00 waqt li kien qed iwaħħal sistema tal-arja kundizzjonata f’parti mill-bini tal-impjant.
Huwa inagħta l-ewwel għajnuna minn membri tal-Protezzjoni Ċivili mill-Istazzjon ta’ Delimara fejn bdew CPR hekk kif huwa waqaf jieħu n-nifs kawża ta’ ġrieħi serji f’rasu. Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei fejn komplew jagħtuh l-assistenza medika sakemm wasal fl-isptar Mater Dei pemrezz ta’ ambulanza.
Dwar dan il-każ kienet infetħet inkesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Gabriella Vella.
Ara wkoll:
http://www.one.com.mt/2018/12/26/ragel-jaqa-minn-fuq-sellum-f0l-inhawi-ta-delimara-5/