Miet ir-raġel ta’ erbgħa u ħamsin sena minn Tal-Pietà li lbieraħ filgħodu nstab mixħut fl-art f’daħla ta’ garaxxijiet b’xi ġrieħi.
Fi stqarrija tal-Pulizija lbieraħ ingħad li fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei fejn mill-ewwel deher li kien qed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Ingħad ukoll li l-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ biex tiġi stabbilita d-dinamika tal-każ.
Minn informazzjoni li għandu ONE News, ir-raġel miet tard ilbieraħ filgħaxija, sigħat wara li nstab fi Triq Hookham Frere, f’Tal-Pietà.
Dwar il-każ, infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Astrid May Grima.