Tilef il-battalja għal ħajtu, Zoltán Szilágyi, l-Ungeriż ta’ 43 sena li fl-10 ta’ Novembru li għadda kien involut f’inċident ta’ traffiku fi Triq il-Kosta fin-Naxxar.
Ir-raġel kien qed isuq mutur tal-għamla Suzuki Hayabuza filwaqt li tilef il-kontroll u skidja.
Fuq il-post immedjatament kienet issejħet ambulanza sabiex tieħu lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn ftit wara kien ġie ċċertifikat li qiegħed fil-periklu tal-mewt.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. Audrey Demicoli li ħatret inkjesta.
Intant diversi ħbieb tal-vittma urew is-sogħba tagħhom għal dan l-inċident sfortunat.