Karl Pace, ta’ erbgħa u tletin sena, li kien fuq jott li qabad fis-sitta u għoxrin ta’ Ġunju li għadda, miet.
Il-pulizija kkonfermat li r-raġel minn Għajnsielem miet fl-isptar Mater Dei fis-sitta tat-Tlieta filgħaxija.
Huwa kien iddaħħal l-isptar fil-periklu tal-mewt wara li erba’ jottijiet spiċċaw vampa f’żona magħrufa bħala ż-Żewwieqa fil-marina tal-Imġarr Għawdex.
Ir-raġel kien bela’ ammont ta’ duħħan waqt li kien fuq il-jott li nħakem min-nirien.
B’rabta mal-istess każ, Mellieħi ta’ disgħa u għoxrin sena, li bela’ wkoll id-duħħan kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza.
Dan ir-raġel kien indarab gravi u għal xi żmien inżamm fit-taqsima għall-kura intensiva.
ONE News jinsab infurmat li r-raġel ħareġ mill-ITU.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/06/26/bil-filmat-zewg-persuni-l-isptar-wara-li-4-jottijiet-inhakmu-min-nirien-fl-imgarr-ghawdex-4/