Miet imprenditur ewlieni f’Malta, Francis Xavier Borg li flimkien ma’ ħuh kien il-fundatur ta’ FXB group. Francis miet miet ilbieraħ filgħaxija fl-età ta’ 91 sena.
Huwa ġie deskritt bħala raġel umli u li dejjem kien jgħallem dak li kien jaf lil ta’ madwaru.
Il-ħaddiema ta’ FXB għaddewlu ukoll messaġġ emozzjonali: “Your wise words will always be treasured and will be kept as the principles for our work ethics.”
Dan kien l-aħħar ritratt ta’ Francis fil-workshop tal-fabbrika tal-FXB.
Huwa se jkun qed jingħata l-aħħar tislima l-Ġimgħa 24 ta’ Novembru fl-4.00pm fil-Knisja Bażilika ta’ San Ġorġ, Għawdex.