Colin Galea, il-priġunier li tmint ijiem ilu nstab fiċ-ċella tegħu wara attentat ta’ suwiċidju miet wara ġimgħa fit-taqsima tal-kura intensiva.
Dan ġie kkonfermat minn ħuh stess permezz ta’ kitba fuq Facebook.
Galea kien qed jinżamm arrestat wara li fl-10 ta’ Lulju li għadda kien ġie akkużat li fost oħrajn ikkawża biża’ ta’ vjolenza fuq ommu.