Imut il-President tat-Tanżanija John Magufuli fl-għomor ta’ 61 sena. Huwa miet fil-jum tal-Erbgħa fi sptar f’Dan es Salaam minħabba kumplikazzjonijiet fil-qalb.
Dan l-aħħar bdew iduru xnigħat fuq saħħet Magufuli hekk kif kien ilu ma jidher fil-pubbliku għal dawn l-aħħar ġimagħtejn. Membri tal-Oppożizzjoni saħansitra qalu li hu kien pożittiv għall-COVID-19, madanakollu dawn ir-rapporti ma ġewx ikkonfermati.
Intant il-Viċi President Samia Suluhu, li kienet hi li ħabbret l-aħbar tal-mewt tal-President, qalet illi se jsir 14-il jum ta’ luttu nazzjonali bil-bnadar jittarju mezza’asta.