Il-President taċ-Chad, Idriss Dèby, miet kawża ta’ ġrieħi li ġarrab waqt diżgwid mar-ribelli fin-Naħa ta’ Fuq tal-pajjiż fi tmiem il-ġimgħa.
Hu miet fl-età ta’ tmienja u sittin sena proprju ftit wara li ħarġu l-ewwel indikazzjonijiet tar-riżultat tal-elezzjoni li wrew kif kien se jirbaħ is-sitt terminu tiegħu b’80% tal-voti.
Deby ilu jmexxi mill-elf disa’ mija u disgħin.
Hu kien waqt żjara li għamel lit-truppi li kienu qed jiġġieldu kontra r-ribelli mal-fruntiera tal-Libja.