Tħabbret il-mewt tal-eks-Viċi Sindku ta’ Ħaż-Żabbar, il-Maestro John J. Pace.
Huwa magħruf għall-kontribut kbir tiegħu lejn tmien baned madwar Malta, u kien ukoll is-Surmast tal-Banda Nazzjonali ta’ Malta għal seba’ snin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fost l-oħrajn, huwa kkompona l-marċ popolari ‘Il-Messaġġ’, li ndaqq lill-eks Mexxej Laburista, Dom Mintoff.
Jibqa’ mfakkar ukoll għall-ħidma tiegħu fil-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar.