Il-plejer leġġendarju Ġermaniż Gerd Muller miet fl-età ta’ 75 sena wara li kien ilu marid bl-Alzheimer sa mill-2015.
Meqjus bħala Muhammad Ali tal-kaxxa, il-plejer internazzjonali Ġermaniż kien skorer prolifiku u rebbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1974 lill-Ġermanja tal-Punent bi ġmiel ta’ gowl kontra l-Olanda fil-finali.
Huwa rebaħ ukoll il-Kampjonat Ewropew, skorja għaxar gowls fit-Tazza tad-Dinja tal-1970 u għalhekk rebaħ iż-żarbun tad-deheb u anki rebaħ il-ballun tad-deheb.
Kienu bosta li sellmu lil Muller fosthom il-Federazzjoni tal-futbol Ġermaniż DFB.
Muller kien jilgħab anki ma’ Bayern Munich.