Fl-età ta’ tmienja u tmenin sena, miet il-leġġenda tal-films Franċiż, Alain Delon.
L-attur kien stilla tul l-era li ċ-ċinema Franċiża kienet fl-aqwa tagħha, fejn kien magħruf għall-irwoli li kellu f’diversi films meqjusa ‘hits’, bħal ‘The Samurai’ u ‘Borsalino’.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Huwa miet f’daru f’Douchy, imdawwar bit-tliet uliedu u l-familja tiegħu, wara snin ta’ rapporti li kien jinsab fi stat ta’ saħħa ħażina.